Il-Mafkar Alsace-Moselle
Bejn l-1870 u l-1945, l-Alsazjani u l-Mosellani (nattivi tar-reġjun) biddlu n-nazzjonalità erba’ darbiet minħabba li l-fruntieri tagħhom saru żona ta’ kunflitt fir-rivalità Franko-Ġermaniża.
Żur il-Mafkar Alsace-Moselle u skopri dwar l-istorja unika tar-reġjun; mill-ħajja fuq il-Linja Maginot u l-qerda li ġabet magħha t-Tieni Gwerra Dinjija, sar-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża u l-bini mill-ġdid tal-Ewropa.
Chemins d’Europe hija ż-żieda l-aktar reċenti fil-wirja permanenti li hija ddedikata lill-Ewropa, u tikkomplementa l-esperjenza tal-viżitaturi, billi tipprovdi perspettiva storika dwar l-istorja Ewropea u l-integrazzjoni Ewropea mill-1945.
Skeda tal-ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ħadd | ||
---|---|---|
9:30 - 18:00 | L-aħħar dħul fil-17:00 |
Ammissjoni
Il-prezz għal grupp ta’ viżitaturi huwa ta’ €8 għal kull persuna u jinħtieġ minimu ta’ 15-il persuna.
Biex tibbukkja u tikseb aktar informazzjoni:
Biex tibbukkja u jekk għandek aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ċempel: +33 88 47 45 50 jew żur is-sit web tagħhom: Memorjal Alsace-Moselle.